Sewwieq ta’ mutur jinsab f’qaghda kritika wara inċident tat-traffiku fix-Xewkija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta filgħodu fi Triq tal-Gruwa. Minn informazzjoni li għandna sa issa jidher li għal xi raġuni vettura misjuqa minn ġuvni ta’ għoxrin sena li joqgħod ix-Xewkija kellha impatt mal-mutur misjuq minn raġel ta wieħed u erbgħin sena minn Ta’ Sannat.
Is-sewwieq tal-mutur ttieħed l-isptar ġenerali t’Għawdex għal-kura fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Aktar tard dan ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta helecopter għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għadejjin.