Ftit tal-mumenti ilu, sewwieq ta’ mutur ta’ 33 sena miż-Żejtun, kien involut f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera. B’kawża ta’ dan, it-traffiku għaddej minn karreġġjata waħda.
Ninsabu infurmati li s-sewwieq ma jinsabx fil-periklu tal-mewt iżda sofra xi ksur f’saqajh.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.