Sewwieq ta’ mutur ta’ 61 sena li jgħix iż-Żebbuġ, Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb.
L-inċident seħħ fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija, Għawdex, għall-ħabta tad-disgħa u nofs tal-ilbieraħ filgħaxija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija u anki tim mediku, li ħa lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza.
Dwar dan il-każ infetħet inkestja Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.