Sewwieq ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-14:20 fi Triq Ħal Far, Birżebbuġia
Il-Pulizija tad-distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 53 sena residenti fil-Gudja, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Yamaha u waqa’ .
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. S Grech LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadha għaddejja.