Xufier ta’ mutur ta’ 28 sena li jgħix San Pawl il-Baħar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident dalgħodu fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart, fi Triq il-Kosta.
Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li żewġt irġiel kellhom bżonn assistenza wara li l-mutur li kienu fuqu ħabat ma’ roundabout.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Ix-xufier weġġa’ serjament, waqt li l-passiġġier fuq il-mutur ma weġġax.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.