Sewwieq ta’ mutur ta’ 50 sena mix-Xagħra jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fi Triq it-Tiġrija fix-Xagħra Għawdex.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra u nofs meta seħħet ħabta bejn mutur misuq mill-vittma, u karozza misjuqa minn raġel ta’ sebgħa u erbgħin sena, ukoll mix-Xagħra.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.