Żagħżugħ ta’ 24 sena li jgħix Ħal Luqa jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu, fi Triq Ħal Luqa.
Fuq il-post minnufih marru l-Pulizija, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 31 sena mill-Marsa u mutur misjuq mill-vittma.
Mar ukoll tim mediku fuq il-post, li ħa liż-żagħżugħ l-isptar.
Il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco ġiet infurmata bil-każ ħatret inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.