Sewwieq ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra ġrieħi serji f’ħabta ma’ karozza f’Ħal Lija.
Il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija fis-7 ta’ filgħaxija fi Triq il-Mosta, Ħal Lija.
L-inċident seħħ wara ħabta bejn mutur Peugeot, misjuq minn raġel ta’ 25 sena li joqgħod Santa Venera, u karozza Honda, misjuqa minn raġel ta’ 42 sena li joqgħod Birkirkara.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei fejn ftit wara ġie ċċertifikat li ndarab serjament.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.