Sewwieq ta’ mutur ta’ 57 sena mill-Imġarr jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Santa Marija, l-Imġarr.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ rriżulta li kienet seħħet ħabta
bejn il-mutur misjuq mill-vittma u vettura misjuqa minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Imġarr ukoll.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-għadda li ħatar inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.