Sewwieq ta’ mutur ta’ 50 sena mill-Mosta jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura li telqet fi Triq iż-Żejfa, il-Mosta lbieraħ filgħaxija.
Waqt dan l-inċident l-istess vettura laqtet karozza oħra li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 75 sena residenti Tal-Pietà u vettura li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Mosta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawn iż-żewġ persuni ma sofrewx ġrieħi.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Anthony Agius Bonnici li fetaħ inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija u t-tfittxija għall-vettura involuta, għadhom għaddejjin.