Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u mutur fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:00 fi Triq San Tumas, il-Fgura, meta vettura tat-tip Ford Focus misjuqa minn Somalu ta’ 31 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex, ħabtet ma’ mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 41 sena, residenti Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.