Sewwieq ta’ mutur ta’ 31 sena mill-Għargħur weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħal Lija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:30 tal-bieraħ fi Triq Pantar, Ħal Lija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 28 sena li jgħix il-Qrendi u l-mutur misjuq mill-vittma.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.