Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident f’Ħ’Attard aktar kmieni llum.
L-inċident seħħ fi Triq in-Nutar Zarb għall-ħabta tal-17:30, meta mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel ta’ 56 sena mill-Mosta, ħabat ma’ karozza tat-tip Citroen C3 misjuqa minn mara ta’ 59 sena residenti Ħ’Attard.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan għadhom għaddejjin.