Sewwieq ta’ mutur ta’ 35 sena residenti l-Gżira, ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Dan wara inċident bejn mutur tal-għamla Kymco X-town, misjuq mill-vittma, u vettura tat-tip VW Scirocco misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu, fi Triq l-Artiġjanat, f’Bikrkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.