Sewwieq ta’ mutur indarab gravi f’inċident tat-traffiku fl-Imsida.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija fi Triq il-Marina.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Ford Transit, misjuq minn Libjan ta’ 41 sena residenti n-Naxxar, u mutur Sym Jet, misjuq minn Libjan ta’ 36 sena residenti San Ġwann.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.