Sewwieq ta’ mutur ta’ 27 sena residenti Ta’ Kerċem qed isofri minn ġrieħi gravi, wara ħabta bejn mutur u vann tat-tip Peugeot Partner, misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti ż-Żejtun.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, fi Triq Għajn Għabdun, f’Ta’ Kerċem, u l-Pulizija marret minnufih fuq il-post.
Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Għabdun, Ta’ Kerċem, Għawdex.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza.