Bulgaru ta’ 37 sena, residenti San Pawl il-Baħar, qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li kien involut f’ħabta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu, fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Auris misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti Ħad-Dingli, u mutur tat-tip, MH Motorcycles misjuq mill-Bulgaru.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.