Raġel ta’ 51 sena residenti tas-Sliema qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fi Triq Dun Gejtanu Mannarino, Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30am wara ħabta bejn il-mutur u karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 49 residenti l-Ħamrun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.