Għall-ħabta ta’ nofsilejl dan il-lejl, seħħ inċident fi Triq il-Ħaddiem, Marsa. Raġel ta’ 32 sena, mill-Ungerija li jirrisjedi Birkirkara, tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu Honda CB600 u nqaleb. F’Mater Dei ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.