Inċident stradali fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar ħalla raġel isofri minn ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-ħdax neqsin kwart ta’ dalgħodu.
Għal xi raġuni seħħ impatt bejn vettura tat-tip BMW, misjuqa minn Ċiniż ta’ 50 sena u mutur, ukoll tat-tip BMW, misjuq minn Taljan ta’ 40 sena. Iż-żewġ persuni huma residenti San Pawl il-Baħar.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz tal-ambulanza fejn iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.