Raġel ta’ 32 sena residenti l-Imqabba kien qed isuq mutur meta tilef il-kontroll, skiddja u kellu impatt ma’ centre strip.
Dan seħħ għall-ħabta tat-15:15, hekk kif toħroġ mill-mini ta’ Ħal Kirkop.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.