Ġuvni ta’ 19-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi, s-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.00. Il-ġuvni kien qed isuq mutur tat-tip Yamaha T110. Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-vitma l-isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.