Żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti n-Naxxar, li kien qed isuq mutur tat-tip Honda CBR qed isofri ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur.
L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta ta’ 17.10 f’Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li s-sewwieq tal-mutur kien qiegħed isuq fid-direzzjoni mill-pjazza ta’ Buġibba lejn Baħar iċ-Ċagħaq tilef il-kontroll tal-mutur. B’konsegwenza t’hekk, il-mutur kellu impatt ma’ vettura li kienet ipparkjata.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.