Tmien persuni sfaw midruba wara li vettura li kienet qed tinstaq minn sewwieq Malti tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla fuq in-nies li kienu qed isegwu t-tellieqa f’Piedimonte.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħodu fi Piedimonte fi Sqallija meta Ryan Mangion, tilef kontroll tal-vettura li kien qed isuq tat-tip Ford Escort Mk1 f’dawra bil-konsegwenza li baqa’ dieħel fuq folla nies.
Żewġ persuni mit-tmien individwi feruti, mara u tifel ta’ 15-il sena, jinsabu f’kundizzjoni kritika.
Mangion ilu snin jikkompeti f’dawn it-tip ta’ tlielaq u hu meqjus bħala sewwieq b’esperjenza.
L-ebda persuna Maltija ma ndarbet waqt dan l-inċident.