Sewwieq li l-Ħadd wara nofsinhar allegatament irreżista l-arrest fil-Mellieħa tressaq il-Qorti u ngħata l-ħelsien mill-arrest/
Jurgen Schembri ta’ 28 sena u li joqgħod il-Pietà ċaħad li weġġa’ pulizija, li bi vjolenza rreżista l-arrest, li saq taħt l-influwenza tal-alkoħol u sustanzi u li m’obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-pulizija.
Huwa kien akkużat ukoll li kien fil-pussess tad-droga kokaina.
Wara li l-Qorti semgħet kif l-inċident seħħ meta l-akkużat ippanikja malli waqfuh il-pulizija huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000.