Sewwieq żagħżugħ li lura fl-elfejn u ħmistax kien tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u ħabat f’karozza, insab ħati mill-Qorti li kkawża l-inċident minħabba negliġenza.
Kien għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar tat-tlieta u għoxrin ta’ Novembru meta Xuereb tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu hu u jipprova jsuq f’dawra. Xuereb spiċċa skiddja u ħabat f’karozza tal-linja.
Xuereb spiċċa qatta’ sebgħa u ħamsin jum fit-Taqsima tal-Kura Intensiva filwaqt li l-passiġġier m’għandu l-ebda memorja tal-inċident.
Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo spjegat kif Xuereb allega li kien qed isuq b’veloċità ta’ sittin kilometru fis-siegħa filwaqt li espert tal-Qorti kkonkluda li hu u jdur, is-sewwieq kien qed isuq b’veloċità ta’ sebgħa u tmenin kilometru fis-siegħa.
Għaldaqstant, il-Qorti sabitu ħati ta’ sewqan eċċessiv u kkundannatu għal sentejn priġunerija sospiżi għal erba’ snin u projbixxietu milli jsuq għal sena sħiħa.
Hu kien ordnat iħallas multa ta’ ‘l fuq minn tlett elef ewro fi spejjeż tal-Qorti.