Sewwieq waqa’ bil-karozza f’wied fil-Wardija.
Il-każ seħħ fid-9:15 ta’ dalgħodu meta għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li waqa’ f’wied fil-Wardija.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza b’tim mediku mmexxi minn Dr Michael Spiteri sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna lix-xufier li laħqet harget mill-karozza.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li minkejja li l-mara laħqet ħareġ mil-karozza hija belghet xi ilma li kien hemm fl-istess wied.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…