Raġel min-Nepal ta’ 44 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq mutur li kien qed isuq.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-21.45 fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel, li joqgħod l-Imsida, tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Kymco, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lis-sewwiql-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.