Ukren, li kien qed isuq vettura tal-għamla Peugeout Expert kien involut f’inċident tat-traffiku wara li ħabat ġo ħajt tas-sejjieħ fi Triq Għajn Kajjet, ir-Rabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija, meta fuq il-post ġew imsejħa tim mediku u xi membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Aktar tard is-sewwieq ittieħed fl-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat isofri minn ġrieħi gravi.
Flimkien mas-sewwieq kien hemm passiġiera fil-vettura li fortunatament ma sofrietx ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.