Huwa tajjeb li nsuqu bil-galbu imma daqstant ieħor li nuzaw il-lanes b’mod tajjeb.
Kull min għandu liċenzja jaf sew li hemm żewg lanes: slow u fast lane.
Jigri ħafna drabi li jkun hemm min isuq bil-mod iżżejjed fil-fast lane bil-kawża li jkun qed jinġema’ ftit ftit (li kieku kull karozza tagħmel l-istess) dewmien f’din il-karreġġjata. Dan, jirriżulta f’ aktar traffiku.
Skond il-manwal tas-sewqan maħrug minn Transport Malta f’paġna 272, jidher li l-massimu tal-veloċità fis-sewqan jista’ jkun ta’ 80 km fis-siegħa (mhux fl-inħawi kollha) u l-inqas ta’ 50 km fis-siegħa (mhux fl-inħawi kollha). Dan jgħodd l-iżjed għal fejn ikun hemm by-pass.