Għat-tielet sena konsekuttiva, Seville rebħu l-Europa League, meta għelbu lil Liverpool bl-iskor ta’ 3-1.
Kienu Liverpool li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Daniel Sturridge fil-35 minuta.
Iżda, t-tieni taqsima rat lill-ispanjoli jiddominaw b’Kevin Gamiero jiskora fis-46 minuta u Coke jiskora żewġ gowls fl-64 u s-70 minuta.