F’pajjizna hawn mas-6,000 persuna li jaħdmu fis-settur tal-gaming, u mal-mitejn u ħamsin kumpanija tal-gaming liċenzjati.
Liċenzji li biex inkisbu, l-operaturi għaddew minn proċess ta’ skrutinju dettaljat li jsir minn uffiċjali tal-Awtorità Maltija għall-Logħob.
Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Awtorità għal-Logħob Joseph Cuschieri spjegalna l-proċess ta’ due diligence li jsir ma kull applikazzjoni li tirċievi l-awtorità.