L-aġenzija Malta marittima u l-forum Malta Marittima iffirmaw memorandum of understanding li se jwassal biex iż-żewġ naħat jaħdmu iżjed mill-qrib fil-qasam marittimu.
Dan fil-preżenza tal-Ministru Manwel Mallia li sostna kif bil-ftehim entitajiet se jiġbdu ħabel wieħed f’dan il-qasam kif ukoll se jsaħħu l-vuċi tal-qasam marittimu, hekk kif din hija waħda mill-prijoritajiet għall-Presidenza Maltija.
Il-president tal-aġenzija Malta marittima, Daniel Aquilina, qal li qabel entitajiet differenti kienu jaħdmu għal rashom u li issa bil-ftehim kulħadd se jkun qed jaħdem għall-istess għan.
Il-Ministru mallia qal li fl-istess waqt il-ftehim se jgħin biex ikun hemm iżjed ħidma konġunta bejn is- settur pubbliku u privat involuti fdan is settur.