Jgħidu li Settembru huwa x-xahar li l-aktar jaqtalek nifsek. Mhux biss għax tibda l-iskola u jiżdied il-ġenn li ġġib miegħu, iżda ukoll għax it-temp ikun umduż u rih isfel. Dan skont ċifri maħruġa mill-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Iżda Settembru li għadda kien inqas umduż minn norma, b’umdità medja tlaħħaq it-73% u mhux il-75% li normalment tkun.
L-ogħla temperatura laħqet il-31.3°C u niżlu 26.4mm xita. Kien hemm ħames istanzi meta ħamel ir-ragħad. L-iktar Settembru mxarrab jibqa’ dak tal-1997, meta għamlu 266.9mm xita.
U jekk inħarsu lejn is-sajf sħiħ, jirriżulta li kien ftit iktar biered mis-soltu, bit temperatura medja tkun 0.8°C inqas. Madanakollu, it-temperaturi xorta laħqu massimu ta’ 37.5°C (li jinħassu ferm iktar) f’Awwissu. Il-medja għall-istaġun sħiħ kienet 25.6°C.