F’Settembru li għadda, il-persuni b’impjieg full time żdiedu b’ħamsa punt sebgħa fil-mija, filwaqt li dawk b’impjieg part-time bħala l-impjieg ewlieni tagħhom żdiedu bi kważi wieħed fil-mija.
SETTEMBRU 2017 | |
PERSUNI B’IMPJIEG FULL-TIME | +5.7% |
PERSUNI B’IMPJIEG PART-TIME (BĦALA L-IMPJIEG EWLIENI) | +0.7% |
Dan meta mqabbel ma’ Settembru tas-sena ta’ qabel.
Stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblikat ċifri miksuba minn Jobsplus, li juru li din iż-żieda tirriżulta f’mija u sitta u disgħin elf, tliet mija u erbatax-il persuna b’impjieg full-time, u wieħed u sittin elf sitt mija u sebgħa u sebgħin persuna b’impjieg part time.
Dan ifisser li meta mqabbel ma’ Settembru tal-elfejn u sittax, dawk li jaħdmu full time żdiedu bi kważi għaxart elef, u dawk b’impjieg part time żdiedu b’mitejn.
SETTEMBRU 2017 | |
PERSUNI B’IMPJIEG FULL-TIME | 196,314 |
PERSUNI B’IMPJIEG PART-TIME | 61,677 |
Biex statistika oħra tikkonferma l-impenn bla preċedent ta’ dan il-Gvern fil-ħolqien tax-xogħol.