Cliff Borg ta’ 35 sena mill-Mosta il-Ġimgħa filgħodu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li nstab fil-pussess ta’ 1.5 kilo ta’ cannabis, pussess ta’ eroina kif ukoll talli kellu tlett armi tan-nar mhux irreġistrati.
L-ispettur Justine Grech qalet fil-Qorti li Borg ġie arrestat wara li ġew mogħtija dettalji dwar ‘deal’ fuq droga. Il-Qorti kompliet tgħid kif l-ammont ta’ kannabis li nstab kien biżejjed sabiex isiru 7,000 joint u b’saħħa opponiet il-ħelsien mill-arrest.
L-avukati difensuri Franco Debono u Marion Camilleri qalu li l-akkużat mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u talbu l-ħelsien mill-arrest abbażi l-fatt li ma kienx hemm xhieda kif ukoll li l-evidenza kollha suppost diġa kienet miġbura.
Meta kkunsidrat il-fatti kollha kif ukoll in-natura tar-reat, il-Qorti ddeċidiet li ma kienx hemm biżejjed garanzija sabiex jingħata l-ħelsien mill-arrest. Intant, minħabba li l-akkużi huma relatati mat-traffikar tad-drogi, l-assi kollha ta’ Borg ġew iffriżati.