Is-sid biljunarju ta’ Sports Direct Mike Ashely kellu mument kemxejn tal-mistħija meta kien qed jieħu grupp ta’ ġurnalisti biex jaraw fabbrika minn fejn jaħdmu impjegati tiegħu.
Ashley, li għandu 51 sena, jinsab f’nofs kontroversja minħabba l-kundizzjonijiet li bihom iħaddem lin-nies. Tant li f’Ġunju li għadda kellu jesprimi apoloġija minħabba li ma kienx iħallashom il-paga minima.
Hu u għaddej mis-‘security check’, issorprenda lil kulħadd meta ħareġ mazz enormi ta’ karti tal-£50. Biex jiċċajta u jtaffi ftit mill-ironija tas-sitwazzjoni, qal b’ton ċajtier li kien għadu kemm mar il-casino.
Il-mazz li tefa fil-kaxxa żgħira tas-security check, f’dik li kellha tkun turija ta’ umiltà qabeż l-£1,000 fil-valur.