Il-Malta Dementia Society se tibda sessjonijiet ta’ żfin għall-persuni bil-kundizzjoni tad-dementia u li għadhom jgħixu fil-komunita’.
Is-sessjonijiet se jibdew isiru kull ġimgħa, bl-ewwel sessjoni se ssir nhar l-erbgħa 21 ta’ Frar fl-Imperial Hotel, Rudolph Street, Sliema. Is-sessjonijiet jibdew fl-4.30pm u jdumu madwar siegħa.
Dawn is-sessjonijiet ta’ żfin se jkunu miftuħa wkoll għall-qraba tal-persuni bid-dementia.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntatja lil Malta Dementia Society fuq in-numru tal-mobile 99451625 jew email fuq info@maltadementiasociety.org.mt.
Studji juru li ż-żfin huwa terapija tajba għall-persuni li jbatu mid-dementia minħabba li jtejjbu l-funzjoni konjittiva filwaqt li jnaqqsu l-ansjeta’, l-agressjoni u mġieba oħra li ġġib magħha din il-kundizzjoni.