Se jitnieda proġett-pilota fil-komunità, li se jkun miftuħ għall-kunsilli lokali interessati biex tingħata l-għajnuna meħtieġa mill-qrib.
Dan filwaqt li l-Gvern se jkun qed jestendi u jiffinanzja programmi tal-Ewwel Għajnuna rigward is-saħħa mentali fil-komunità u fuq il-postijiet tax-xogħol.
B’hekk se jiġu offruti sessjonijiet f’postijiet kemm jista’ jkun viċin tal-persuni li qed ifittxu l-għajnuna. Se jiġi offrut ukoll servizz ta’ outreach, permezz ta’ video calls jew bit-telefown. Dan l-investiment ta’ €4.5 miljun, se jissarraf f’madwar 90,000 intervent.
Fl-istess waqt se jinħoloq Ċentru Psikjatriku Akut.