L-għaqda ‘Action for Breast Cancer’ taħdem biex tqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider filwaqt li tgħin lill-pazjenti f’dan il-vjaġġ, fosthom b’riżorsi u anke għajnuna psikoloġika għalihom u għall-familji tagħhom.
Sabiex tikkommemora l-Jum Dinji għas-Saħħa tas-Sider, fil-ħmistax t’Ottubru, l-għaqda se torganizza sessjonijiet ta’ eżerċizzju fiżiku biex tiġġieled il-kanċer tas-sider u toħloq kuxjenza.
“Ħa jkunu żewġ sessions ta’ eżerċizzju fis-Sagrestia Vault is-Sibt li ġej. Inħeġġeġ lin-nies biex jibbukjaw permezz tal-app tal-event, u nkunu nistgħu nagħmlu wkoll kuraġġ lil xulxin u forsi lil dawk li jkunu għaddejjin minnha wkoll.”
Din il-kampanja favur l-eżerċizzju fiżiku qed tara s-sehem ukoll ta’ tliet atleti biex jippromwovu dan l-għan.
“L-għan huwa li aħna niċċaqalqu, li nagħmlu l-ezercizzju. Irridu niftakru li l-obeżità hija xejn sabiħa u xejn tajba li tista’ twassal għal mard serju.”
L-appell hu biex kull min jista’, jattendi, ħalli flimkien inkomplu nqajmu kuxjenza dwar din il-marda li tolqot lil mijiet ta’ persuni, l-aktar nisa, kull sena f’pajjiżna.