Permezz ta’ sessjonijiet apposta, il-Kunsilliera Maltin u Għawdxin se jkunu jistgħu jsaħħu l-għarfien tagħhom dwar kif jikkomunikjaw b’mod effettiv mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan it-taħriġ ġie mniedi f’konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentaru Alison Zerafa Civelli u l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava.
Ġie spjegat kif permezz ta’ dan it-taħriġ, il-kunsilli lokali ser ikollhom għodda li permezz tiegħu ser jkunu aktar viċin ir-residenti.
Alison Zerafa Civelli saħqet li l-kunsilli lokali jwettqu ħafna xogħol favur il-ġid tar-residenti u l-lokalitajiet tagħna, u li r-residenti jeħtieġ li jkunu jafu bihom, inkluż ukoll id-diversi servizzi li jingħataw.