Il-Parlament Ingliż se jkun qed jitlaqqa’ s-Sibt 19 t’Ottubru, f’sessjoni speċjali biex jiġu diskussi l-passi li jmiss dwar Brexit.
Il-House of Commons se jitlaqqa’ ftit wara summit kruċjali tal-Unjoni Ewropea qabel mar-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Osservaturi politiċi qalu li kemm-il darba jintlaħaq ftehim maqbul anki mal-Gvern Ingliż, il-Prim Ministru Boris Johnson jitlob li l-ftehim Brexit jiġi approvat mill-Parlament iżda jista’ jkun li fin-nuqqas ta’ ftehim, tgħaddi mozzjoni biex Brexit jerġa’ jiġi pospost.
Ritratt: BBC News