Stabbiliment f’San Ġiljan ħoloq furur fost in-nisa hekk kif attività li se tittella’ f’Jum San Valentinu qed tissejjaħ bħala waħda bbażata fuq is-sessiżmu. Dan hekk kif din l-attività, li mhix waħda għall-koppji li jħobbu jinnamraw fil-pubbliku, qed tiġi rreklamata biex tħeġġeġ lil nisa u persuni li ma kinux leali f’relazzjoni biex jattendu bi ħġarhom għal dan din l-attività li tissejjaħ – Traffic Lights Party.Traffic Lights Party hu party li wieħed jattendi għalih liebes kulur partikolari li jindika jekk hux f’relazzjoni jew jekk hux qed ifittex, iżda dan l-istabbiliment minflok se jkun qed jipprovdi sticker bil-kulur li jkun irid il-klijent. L-istabbiliment kiteb kif nisa li se jkunu lebsin it-takkuna u libsa ssikkata se jkunu qed jingħataw xarba partikolari b’xejn matul il-lejl kollu, kumment li ħoloq furur fost in-nisa.
Dan għaliex skont bosta li kkummentaw fuq Facebook, dan it-tip ta’ reklam hu wieħed sessist u li mhux sew li jużaw lil mara bħala mezz ta’ reklamar biex jippruvaw idaħħqu fejn apparti minn hekk qed jirreklaw l-infedelità bħala xi ħaġa tajba
Oħrajn kkummentaw kif ma jaraw xejn ħażin diment li persuna tkun taf fejn sejra u x’qed tistenna, u li xi kultant qed iqum furur fuq ix-xejn. Persuna partikolari semmiet kif jista’ jkun li din saret biss bħala ċajta u forsi mhix waħda li għandhom jieħdu bis-serjetà.
Iżda int x’taħseb? sessiżmu jew ċajta?