Il-Qorti tal-Malawi mistennija tiddeċiedi dwar il-każ ta’ raġel li spiċċa f’baħar ta’ inkwiet wara storja li xandar il-BBC.
Eric Aniva kien arrestat fuq ordni tal-President tal-Malawi f’Ġunju li għadda, wara li qal li jagħmel is-sess b’mod mhux protett ma’ tfal ta’ tnax-il sena, bħala parti minn proċess biex dawn it-tfal isiru nisa.
Huwa jkun imqabbad mill-ġenituri ta’ dawn it-tfal stess.
Però, Aniva żamm mistur il-fatt li għandu l-HIV. Ħafna komunitajiet qed jikkontestaw il-fatt li dan ir-raġel qed ikun arrestat, meta hemm ħafna oħra bħalu u meta din hija drawwa antika ħafna.
Wieħed irid jifhem ukoll il-kuntest ta’ din it-tradizzjoni meqjusa stramba u abbużiva fil-punent. L-idea hi li dan it-tfajliet ikunu “purifikati” permezz tas-sess. Jemmnu wkoll li jekk mara li tisfa armla ma tkunx purifikata bis-sess, din ikollha xorti ħażina, tmut ħesrem jew inkella timrad. Għalhekk iqabbdu irġiel bħal Aniva biex iwettqu l-att li jemmen li jsalvahom minn dan ix-xorti.
Drawwa kien konxju tagħha iżda xejn ma niżlet tajjeb mal-President Peter Muthkarika, li ordna l-arrest tar-raġel wara li l-istorja ħarġet fuq il-BBC. Huwa ried iressqu l-Qorti akkużat li abbuża minn tfal taħt l-età, iżda ebda tifla jew ġenitur ma resqu jiktellmu fil-konfont tiegħu. Għalhekk se jitressaq taħt akkuża oħra, dik li prattika “drawwiet kulturali li jikkaġunaw ħsara”.
F’dan id-dawl resqu żewġ nisa b’evidenza kontra Aniva, għalkemm waħda qed tgħid li dan għamel is-sess magħha wara li d-drawwa kiene projbita, u oħra qalet li jnexxilha taħrab qabel dan għamel l-att magħha. It-tnejn kienu għadhom kemm tilfu lill-żewġhom.