F’żoni rurali u remoti madwar l-Ewropa, il-popolazzjoni dejjem qed tonqos u tikber fl-età.
Qed jinħass dejjem aktar il-bżonn ta’ mudelli, prattiċi u għodda aċċessibbli u faċli biex jintużaw sabiex ikomplu jiġu provduti servizzi tas-saħħa ta’ kwalità għolja liċ-ċittadini kollha minkejja l-età jew il-post tal-għejxien tagħhom. Il-proġett INTENCIVE (Innovation and Technology Enhancing Customer Oriented Health Services) jittratta dawn l-isfidi. L-għan tal-proġett huwa li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-policies u programmi fir-rigward tat-teknoloġija fis-saħħa b’mod immexxi mill-innovazzjoni u dejjem orjentat lejn il-klijent.
Il-proġett INTENCIVE jibda bi skambju ta’ esperjenza li jinkludi l-formulazzjoni ta’ rapport state of the art dwar l-eHealth x’qed jirċievi l-klijent fir-reġjuni li qed jiffurmaw parti millproġett, l-identifikazzjoni ta’ prattiċi tajbin u l-evalwazzjoni tagħhom bl-użu tal-mudell BIKVA.
Il-mudell BIKVA kien ġie żviluppat fid-Danimarka u jenfasizza l-involviment tal-klijenti. Bl-użu ta’ dan il-mudell, il-proġett tassew jiggarantixxi li prattiċi tajbin jiġu magħżula u jagħtu vuċi lin-nies li jużaw is-servizzi. Il-proġett jinkludi wkoll żjarat ta’ studju fir-reġjuni li huma nvoluti fil-proġett u workshops tematiċi dwar is-suġġett. Kull reġjun ser ikun qed jiġbor grupp ta’ stakeholders lokali li jrawwem proċess ta’ tagħlim inter-reġjonali ta’ innovazzjoni fit-teknoloġija tas-saħħa.
Il-proġett beda bl-ewwel laqgħa fid-9 u l-10 ta’ Ottubru 2019 f’Seinäjoki, il-Finlandja. Limsieħba tal-proġett INTENCIVE huma l-Kunsill Reġjonali ta’ South Ostrobothnia (FI), lUniversità tax-Xjenza ta’ Seinäjoki (FI), l-Assoċċjazzjoni tal-Business Network Pannon (HU), Il-Ministeru għal Għawdex (MT), ID2Santé Innovazzjoni u Żvilupp tas-settur tas-saħħa ta’ Bretagne (FR) u l-istitut tar-riċerka Biomedika ta’ Valdecilla (ES). Il-proġett huwa maqsum f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi ddum sentejn u nofs li matulhom jitmexxew prattiċi tajbin u trasferiment ta` esperjenza waqt li jiġu żviluppati pjanijiet ta’ azzjoni. It-tieni fażi ddum sena li matulha jsir il-monitoraġġ u s-segwitu. Il-baġit totali tal-proġett huwa ta’ 0,97 M€ u huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea mill-programm Interreg Europe.
Għal aktar informazzjoni żur il-websajt tal-INTENCIVE: www.interregeurope.eu/intencive.