Ir-residenti tas-Siġġiewi flimkien mar-residenti li jgħixu fil-lokalitajiet tal-madwar se jkunu qed igawdu minn fergħa ta’ uffiċju postali ġdid fis-Siġġiewi. L-għan tiegħu huwa li jtejjeb l-aċċess għas-servizzi postali għall-pubbliku.
F’dak li qed jiġi msejjaħ bħala sub post office, il-klijenti jistgħu jinqdew minn diversi servizzi postali, servizzi ta’ posta lokali u internazzjonali kif ukoll dik reġistrata. Wieħed jista’ ukoll jixtri l-bollol, jiġbor pakketti reġistrati u bulky kif ukoll ħlas ta’ kontijiet u money orders. Dan is-servizz se jkun qed jingħata mill-ħanut Many Things, Triq il-Knisja l-Qadima, Siġġiewi.
Il-ħinijiet tal-ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 9:00am – 12:00pm, 4:00pm – 6:00pm
Is-Sibt 9:00am – 12:00pm