Is-servizzi tal-Bank of Valletta reġgħu lura għan-normal wara xi ħsarat fis-sistema.
Dan wara li għal xi ħin is-servizzi tal-bank minn fuq is-sit u l-mobajl ma kienux disponibbli.
Dan ġara ġimgħa wara li l-bank sofra cyberattack fuq is-sistemi tiegħu.
Fi stqarrija il-bank qal li qed jesperjenza problemi fis-sistemi elettroniċi li qed jaffettwaw servizzi relatati mal-internet banking, mobile banking kif ukoll is-servizz tal-ATM’s u s-sit elettroniku.
Qal ukoll li l-bank qed jaħdem biex isolvi dawn il-problemi fl-inqas ħin possibbli.
Klijenti li għandhom bżonn servizzi urġenti huma mitluba li jmorru sal-fergħa tagħhom jew inkella jagħmlu kuntatt mas-servizz ta’ customer care tal-bank.