Il-Malta Public Transport ħabbret li għall-edizzjoni tan-Notte Bianca ta’ din is-sena li se tkun qed issir nhar is-Sibt, 5 ta’ Ottubru, se tkun qed iżżid is-servizz ta’ trasport pubbliku biex dawk li jattendu din il-lejla jiġu assigurati serħan il-moħħ.
Minbarra s-servizzi regolari ta’ matul il-lejl, numru ta’ rotot speċjali se jkunu disponibbli matul il-lejl.
Dawn is-servizzi addizjonali se jkunu qed jwessgħu il-konnetività bejn ir-reġjuni kollha ta’ pajjiżna u huma parti mill-inizjattiva tat-trasport pubbliku b’xejn, fejn aktar persuni qed ikunu mħeġġa jivvjaġġaw bil-karozzi tal-linja.
Dawk li għandhom Tallinja Card personalizzata valida jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas, filwaqt li passiġġieri mingħajr kard valida, jistgħu jixtru biljetti ta’ €3 mill-magni tal-biljetti abbord il-karozza tal-linja.
Sabiex tinkiseb aktar informazzjoni speċifika dwar dawn ir-rotot speċjali, wieħed għandu jżur is-sit uffiċjali tal-Malta Pubblic Transport, www.publictransport.com.mt