Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia ħabbar l allokazzjoni ta’ 28.5 miljun minn fondi Ewopej biex jintuzaw sabiex jonqos it traffiku f’pajjizna. Farrugia spjega li dan se jkun qed iseħħ b’erba’ modi prinċipali. Il-Ferry mill-Kottonera għall-Belt u ferries oħra simili se jiġu ameljorati u se jidħlu oħrajn ġodda li jitilqu minn Ta’ xbiex, San Pawl il-Baħar u San Ġiljan. It-trasport pubbliku kollu se jiġi kollu Carbon sabiex ikun jista jħares aktar l-ambjent.
Se jkunu qed jiġu żviluppati wkoll żewġ sliding corridors għaċ-ċiklisti mill-Belt sa San Ġiljan u mill-Mosta sal-Universita’. It-traffic control centre ta’ Transport Malta se jkompli jiġi msaħħaħ bl-installazzjoni ta’ 100 camera oħra fit-toroq MAltin. Dawn se jiżdiedu ma dawk eżistenti sabiex ikunu jistgħu jissorveljaw it-traffiku fit-toroq.