Malta Public Transport se tkun qed topera servizzi speċjali għall-Karnival tan-Nadur 2023 f’Għawdex, li se jsir fis-17, 18, u 19 ta’ Frar 2023.
Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2023, se jkun operat Direct Bus Service mir-Rabat għan-Nadur kull 30 minuta bejn l-20:00hrs u 00:00hrs. Barra minn hekk, se jopera servizz ta’ shuttle mill-Mġarr Ferry għan-Nadur ma’ kull vjaġġ skedat (inklużi vjaġġi żejda bil-ferry) bejn is-19:00hrs sa 00:00hrs. Servizzi Speċjali se joperaw fis-01:00hrs (is-Sibt kmieni filgħodu) min-Nadur għax-Xagħra, ix-Xewkija, ir-Rabat, Għajnsielem, il-Qala, u lokalitajiet oħra.
Nhar is-Sibt 18 ta’ Frar 2023, se jkun operat Direct Bus Service mir-Rabat għan-Nadur kull 15-il minuta bejn it-20:00hrs u 00:00hrs. Is-shuttle service mill-Mġarr Ferry għan-Nadur se jopera wkoll ma’ kull vjaġġ skedat (inklużi vjaġġi żejda bil-ferry) bejn is-19:00hrs sa 00:00hrs. Servizzi speċjali se joperaw fis-01:00hrs u 02:30hrs (il-Ħadd kmieni filgħodu) min-Nadur għax-Xagħra, ix-Xewkija, ir-Rabat, Għajnsielem, il-Qala, u lokalitajiet oħra.
Nhar il-Ħadd 19 ta’ Frar 2023, se jopera Direct Bus Service mir-Rabat għan-Nadur kull 15-il minuta bejn it-20:00hrs u t-23:00hrs. Servizz speċjali se jopera fit-23:00hrs min-Nadur għax-Xagħra, ix-Xewkija, ir-Rabat, Għajnsielem, il-Qala, u lokalitajiet oħra.
Għas-servizz bil-lejl miċ-Ċirkewwa Terminus nhar is-Sibt 18 ta’ Frar 2023, se jkun operat servizz speċjali mal-wasla tal-Gozo Ferry mit-23:00hrs sat-03:30hrs (il-Ħadd kmieni filgħodu). Is-servizz speċjali se jingħata lill-Mellieħa, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba, u lokalitajiet oħra.
Nhar il-Ħadd tal-Karnival, 19 ta’ Frar 2023, ir-rotot tal-karozzi tal-linja se joperaw ir-rotot normali tal-Ħadd madwar Malta. Madankollu, minħabba d-domanda għolja, il-frekwenza tar-rotot tal-karozzi tal-linja li ġejjin se tiżdied minn nofsinhar ’il quddiem: Rotot 31, 46, 48, 49, 71, 82, 84, 91, 61, u 62.
Malta Public Transport qed tħeġġeġ lil kulħadd biex jippjana t-trasport tiegħu minn qabel u jagħmel użu mis-servizzi speċjali pprovduti li jaqgħu wkoll taħt l-inizjattiva ta’ Trasport Pubbliku b’xejn.